Żid il-Lingwa
tas-Sinjali
Kustodja u Mmaniġġar ta’ propjetà
Tistgħu titolbu lill-persuna nnifisha li intom tixtiequ li tieħu ħsieb lil xi ħadd minn uliedkom li għandu diżabilità. Tistgħu wkoll tapplikaw lill-Bord ta’ Kustodja biex jaħtar lil din il-persuna bħala kustodju. Dan jista’ jsir jew waqt li intom għadkom ħajjin (jekk ma għadkomx tifilħu taqdu dan ir-rwol) jew wara mewtkom.
Kustodju maħtur mill-Bord ta’ Kustodja jkollu/ha r-responabbiltà li jassisti lil binkom jew bintkom biex jagħmlu d-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-istil ta’ ħajja, is-saħħa u materji finanzjarji tagħhom, u jissalvagwardja l-interessi ta’ binkom / bintkom. Jista’ jkun hemm aktar minn kustodju wieħed, u l-Bord jista’ jispeċifika l-oqsma li dwarhom jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet mill-kustodju/i. Il-ħatra ta’ kustodju mill-Bord tkun għal sena, u tista’ tiġġedded kull sena.
Tista’ tagħżel li tapplika biex inti stess tkun il-kustodju tal-wild tiegħek. Ladarba ibnek/bintek jagħlqu t-18, il-ġenituri awtomatikament ma jibqgħux il-kustodji legali tiegħu/tagħha.
Applikazzjoni biex wieħed jinħatar kustodju għandha ssir fuq il-formola preskritta u tkun akkumpanjata minn rapport mediku (dan ukoll fuq formola preskritta). Iż-żewġ formoli jistgħu jinkisbu mingħand ir-Reġistratur tal-Bord ta’ Kustodja jew mis-sit elettroniku:
https://activeageing.gov.mt/guardianship/Pages/Application-Process.aspx.
Il-kustodji jistgħu jkunu membri tal-familja jew ħbieb tal-qalb, kemm-il darba jkollhom aktar minn 18-il sena, ikunu residenti Malta, jaċċettaw u jkunu lesti li jaġixxu bħala kustodji, u mhumiex f’pożizzjoni fejn l-interessi tagħhom jikkonfliġġu mal-aħjar interessi tal-persuna li jkunu qed jissapportjaw. Il-kustodji huma responsabbli lejn il-Bord ta’ Tutela u jistgħu jitneħħew jekk il-Bord isib li kien hemm abbandun jew imġiba ħażina min-naħa tal-kustodju.
Tista’ tifforma wkoll trust biex timmaniġġa l-ħwejjeġ ta’ ibnek jew bintek. F’dan il-każ, ibnek jew bintek iridu jkunu fost il-benefiċjarji imma int ukoll tista’ tkun benefiċjarju sakemm tibqa’ ħaj u wara mewtek. Ibnek jew bintek jistgħu jkunu l-uniċi benefiċjarji. It-trustees jistgħu jkunu membri tal-familja, ħbieb tal-qalb jew professjonisti, u jistgħu jiġu mħallsa remunerazzjoni li ma teċċedix €400 fis-sena. It-trust trid titwaqqaf mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta. Dettalji dwar il-provvedituri ta’ servizzi liċenzjati rilevanti, bħal dawk li jappartienu lill-Amministraturi ta’ Fundazzjonijiet Privati skont l-artikolu 43(12)b tal-Att dwar Trusts u Trustees, huma disponibbli fuq ir-Reġistru tas-Servizzi Finanzjarji fuq is-sit elettroniku tal-MFSA: http://mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx. Hu rrakkomandat li wieħed jieħu parir / gwida legali dwar din il-materja.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Uffiċċju tal-Bord ta’ Kustodja
The Guardianship Registry
Professional Development Centre
Triq il-Harrub
Santa Venera. SVR 9018
Tel: 22568249
Email: guardianship.mfcs@gov.mt
Website: https://activeageing.gov.mt/guardianship/Pages/About-Guardianship.aspx
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
Triq l-Imdina, Ħ’Attard
Tel: 21441155
Email: communications@mfsa.com.mt
Website: https://www.mfsa.com.mt/pages/contact.aspx
Il-kustodja hija relazzjoni legali bejn persuna b’diżabilità jew b’diżordni mentali u persuna oħra li tissejjaħ kustodju. L-għan tal-kustodja huwa li jkun ipprovdut sapport lill-persuna fl-immaniġġar tal-affarijiet tagħha u biex jaqbżu għad-drittijiet u l-aħjar interessi tagħhom.
Tutur hu persuna maħtur mill-Bord ta’ Kustodja biex jieħu ħsieb il-ħwejjeġ ta’ persuna oħra li hi inkapaċi li tieħu ħsieb ħwejjiġha minħabba diżabilità jew diżordni mentali. Il-kustodju jista jingħata l-awtorità li jieħu ħsieb materji ta’ natura personali u/jew finanzjarja. Jista’ jkun hemm aktar minn kustodju wieħed li jirrappreżentaw l-istess persuna.
Ordnijiet ta’ kustodja huma kkaratterizzati minn rispett u konsiderazzjoni għall-aspirazzjonijiet tal-persuna suġġetta għall-kustodja u l-promozzjoni tal-benesseri tal-persuna. Il-liġi tistipula li l-parametri ta’ ordnijiet ta’ kustodja għandhom ikunu jaqblu mal-miri li huma intiżi li jinkisbu, u li l-libertà tal-għażla u ta’ azzjoni tal-persuna suġġetta għall-kustodja tkun ristretta biss fejn neċessarju u tali restrizzjoni tkun proporzjonata mal-mira li trid tintlaħaq.
It-tipi ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-adult jiddeterminaw is-setgħat meħtieġa, bħal:
- Benesseri Personali – setgħat li jirrigwardaw deċiżjonijiet dwar il-benesseri tal-adult.
- Finanzi – setgħat relatati mal-finanzi li jkunu propjetà tal-adult.
- Maniġġar tal-Propjetà – setgħat relatati mal-amministrazzjoni ta’ propjetà immobbli li tappartieni lill-adult.
Jekk ikun meħtieġ, wieħed jista’ japplika għal dawn is-setgħat separatament, imma ġeneralment l-applikazzjoni lill-Bord ta’ Kustodja ssir f’applikazzjoni waħda.
Kustodju maħtur legalment għandu/ha:
- ikollu aktar minn 18-il sena;
- ikun residenti Malta;
- jagħti l-kunsens tiegħu li jaġixxi bħala kustodju għall-persuna li dwarha tkun saret l-applikazzjoni;
- ikun lest li jaġixxi fl-aħjar interessi tal-persuna suġġetta għall-kustodja u jinkuraġġiha tkun indipendenti, tieħu deċiżjonijiet personali, u tipparteċipa fil-ħajja tal-komunità;
- ma jkunx f’pożizzjoni li l-interessi tiegħu jkunu konfliġġenti mal-aħjar interessi tal-persuna suġġetta għall-kustodja.
Tutur jista’ jkun membru tal-familja jew ħabib tal-qalb.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Uffiċċju tal-Bord ta’ Kustodja
1, Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera
Tel: 22568249
Email: guardianship.mfcs@gov.mt
Website: https://activeageing.gov.mt/guardianship/Pages/About-Guardianship.aspx
Tista’ tifforma trust biex timmaniġġa l-ħwejjeġ ta’ ibnek jew bintek. F’dan il-każ, ibnek jew bintek iridu jkunu fost il-benefiċjarji imma int ukoll tista’ tkun benefiċjarju sakemm tibqa’ ħaj u wara mewtek. Ibnek jew bintek jistgħu jkunu l-uniċi benefiċjarji. It-trustees jistgħu jkunu membri tal-familja, ħbieb tal-qalb jew professjonisti, u jistgħu jiġu mħallsa remunerazzjoni li ma teċċedix €400 fis-sena. It-trust trid titwaqqaf mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta. Dettalji dwar il-provvedituri ta’ servizzi liċenzjati rilevanti, bħal dawk li jappartienu lill-Amministraturi ta’ Fundazzjonijiet Privati skont l-artikolu 43(12)b tal-Att dwar Trusts u Trustees, huma disponibbli fuq ir-Reġistru tas-Servizzi Finanzjarji fuq is-sit elettroniku tal-MFSA: http://mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx. Hu rrakkomandat li wieħed jieħu parir / gwida legali dwar din il-materja.
Aktar informazzjoni tinkiseb minn:
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
Triq l-Imdina, Ħ’Attard
Tel: 21441155
Email: communications@mfsa.com.mt
Website: https://www.mfsa.com.mt/pages/contact.aspx
It-‘testment matul il-ħajja’ (living will) huwa dokument legali li fih inti tiddikjara x’tip ta’ kura tingħatalek f’każ li ssir inkapaċi tiddeċiedi għalik innifsek. F’Malta għad ma għandniex din il-leġislazzjoni li tippermetti lil dak li jkun ifassal dokument bħal dan.