Żid il-Lingwa
tas-Sinjali
Kura tas-Saħħa
1) Liema kontrolli regolari jridu jsiru jekk xi ħadd min uliedi qiegħed fuq medikazzjoni ta’ rutina?
Għandek tikkonsulta t-tabib tiegħek (tabib tal-familja jew speċjalista) għal parir addattat rigward il-kontrolli li jkun hemm bżonn.
- Karta Safra (Skeda V) – Persuna li għandha kundizzjoni kronika tista’ tirċievi medikazzjoni bla ħlas skont l-iskema taħt l-Iskeda V. Din hi offruta lil persuni li għandhom xi waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati. Għandhom ikunu rriferuti lil konsulent li jaħdem fis-servizz tas-Saħħa tal-Gvern. Il-kartuna taħt l-Iskeda V tinħareġ mill-Uffiċċju tal-Iskeda V, Sptar San Luqa. Mard li għalih tista’ tingħata għajnuna medika bla ħlas jinkludi: kundizzjonijiet malinni, kardjovaskulari, respiratorji, mard konness mas-sistema diġestiva, il-fwied, l-ematoloġija, is-sistema nervuża, il-kliewi, mard endokrinali, mard tal-ġilda, mard infettiv, rewmatiku, metaboliku, mard fl-għajnejn, immunodefiċjenza u mard konness ma’ kromożomi.
- Karta Roża (Skeda II) – Detentur ta’ Karta Roża jkun persuna b’mezzi limitati u jista’ jkollu aċċess għal numru limitat ta’ prodotti mediċinali li jkunu mmarkati speċifikatament bħala ‘roża’ fil-Lista ta’ Mediċini tal-Gvern.
Għal aktar informazzjoni tista’ tagħmel kuntatt ma’:
Taqsima dwar l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek / Taqsima Approvazzjoni ta’ Mediċini
Pjazza San Luqa, Gwardamanġa
Tel: 21232424 / 22481800
Email: schedulev.poyc@gov.mt
Għal persuni intolleranti għall-glutina (dijanjostikati bħala ‘coeliac’ minn speċjalista) hemm il-‘Gluten Free Dietary Items Voucher Scheme’. Jinħareġ voucher kull xahar lill-pazjenti kollha validament intitolati għall-Iskeda V minħabba intolleranza għall-glutina.
Taqsima dwar l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek / Taqsima Approvazzjoni ta’ Mediċini
Pjazza San Luqa, Gwardamanġa
Tel: 21232424 / 22481800
E-mail: schedulev.mfh@gov.mt
Website: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/phc/Pages/Events/Gluten-Free-Dietary-Items.aspx
- Il-Gvern jipprovdi trasport b’xejn lejn u minn sptarijiet tal-Istat (b’appuntament). Meta jintuża għall-ewwel darba, ikun hemm bżonn li t-tabib tiegħek japplika f’ismek. Għal aktar informazzjoni staqsi lit-tabib tiegħek.
- Trasport Pubbliku – normalment il-karozzi huma aċċessibbli għal persuni li jużaw siġġu tar-roti.
- Diversi kumpaniji / koperattivi privati joffru s-servizz ta’ trasport bi ħlas.
Iċ-Charter tal-Pazjent jistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-pazjenti. Il-pazjenti għandhom id-dritt li jirċievu l-informazzjoni kollha dwar il-kundizzjoni, it-trattament li qed jirċievu u l-għażliet dwar il-kura disponibbli. Il-pazjent għandu dritt jistaqsi dwar il-kundizzjoni tiegħu u li jkollu aċċess għall-informazzjoni miżmuma fil-fajl tiegħu u fir-rekords. Jekk ikun mentalment kompetenti, il-pazjent jista’ jirrifjuta t-trattament jew il-kura, u jista’ jiddeċiedi hu stess li jitlaq mill-isptar anki jekk kontra l-ordnijiet tat-tabib. Il-pazjent għandu d-dritt li jirċievi l-kura b’mod li jkun rispettuż lejn id-diżabilità tiegħu.
Tista’ taċċessa ċ-Charter tal-Pazjent billi tuża din il-link:
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/hcs/Pages/patient-charter.aspx
Il-qasam tas-saħħa huwa meqjus ukoll bħala qasam ta’ diskriminazzjoni taħt l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs. Jekk tħoss li ġejt diskriminat f’xi qasam relatat mas-saħħa, tista’ tikkuntattja lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
G5 Office, Triq Psaila, Birkirkara
Tel: 22267600, SMS biss: 79788555
Uffiċċju għal Għawdex
Skola Primarja ta’ Ta’ Sannat, Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
Tista’ tiddaħħal fi sptar ta’ kura mentali kontra l-volontà tiegħek biss jekk speċjalista fil-psikjatrija jiċċertifika li:
-
- għandek diżordni mentali gravi;
- minħabba d-diżordni mentali inti tinsab fir-riskju li tagħmel ħsara lilek innifsek jew lil ħaddieħor;
- jekk ma tiddaħħalx jew ma tinżammx fi sptar, il-kundizzjoni tiegħek x’aktarx li se tmur ħafna għall-agħar, jew jista’ jkun li inti ma tkunx tista’ tingħata it-trattament neċessarju.
Meta minn eżami mediku jirriżulta li jeżistu l-kundizzjonijiet ikollha msemmija, issir applikazzjoni għal dħul involontarju għall-osservazzjoni. F’każ li jkun hemm bżonn ta’ dħul involontarju għal osservazzjoni, carer responsabbli tal-għażla tiegħek jista’ jiffirma l-applikazzjoni f’ismek. Il-bżonn ta’ dħul ikun irid jiġi vverifikat u kkunsidrat bħala neċessarju minn tabib, u dan irid isir bi qbil ma’ speċjalista fil-psikjatrija wara eżami li jrid isir fi żmien 24 siegħa mill-ewwel eżami.
Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jrid jiġi nnotifikat dwar id-dħul involontarju għall-osservazzjoni. Dan ikun validu għal massimu ta’ għaxart ijiem mid-dħul. Matul il-perijodu ta’ dħul involontarju għall-osservazzjoni inti jkollok id-drittijiet legali taħt l-Att dwar is-Saħħa Mentali.
Jista’ jkun hemm dħul involontarju fi sptar ta’ kura mentali b’ordni tal-Qorti.
Il-liġi tagħti lil persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li jiddaħħlu f’istituzzjoni ta’ kura mentali d-drittijiet kollha disponibbli għall-membri l-oħra kollha tas-soċjetà, inkluż id-dritt għal informazzjoni dwar id-diżordni tagħhom, id-dritt li jagħtu l-kunsens tagħhom għal kull trattament jew kura, u d-dritt li jappuntaw carer responsabbli tal-għażla tagħhom. Madankollu, fejn il-persuna ma jkollhiex il-kapaċità mentali li tifhem xi informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha, l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-carer responsabbli. Fejn, minħabba d-diżabilità mentali tagħha, il-persuna ma tkunx kapaċi tappunta carer responsabbli, il-carer responsabbli jkun il-persuna l-eqreb tagħha. Fl-assenza ta’ carer responsabbli, jew jekk dan jirrifjuta li jiffirma għad-dħul involontarju, avolja għal raġunijiet mediċi wieħed ikollu bżonn li jiddaħħal involontarjament, għandu jissejjaħ Mental Welfare Office (MWO) biex jassisti lill-persuna. Jekk l-MWO ikun jaqbel li l-persuna għandha tiddaħħal involuntarjament, ikun jista’ jiffirma hu. Matul il-perijodu li persuna bi problemi ta’ saħħa mentali tiddaħħal fil-faċilità involontarjament, il-persuna għandu jkollha komunikazzjoni libera u sħiha mad-dinja ta’ barra, kemm-il darba tali libertà ma tkunx ta’ detriment għas-saħħa tal-pazjent innifsu u ta’ ħaddieħor.
L-uffiċċju ta’ Kummissarju gћall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżordni Mentali twaqqaf bil-liġi (Kap 525 tal-Liġijiet ta’ Malta) biex iġib ’il quddiem u jћares id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom xi diżordni mentali kif ukoll tal-carers tagћhom. Il-Kummissarju jiżgura wkoll li l-pazjenti ma jinżammux f’faċilità liċenzjata għal żmien itwal minn dak meћtieġ. Il-Kummissarju għandu jirrevedi, jagћti u jestendi kull Ordni maħruġa, u għandu s-setgħa li jinvestiga kwalunkwe lment rigward ksur ta’ drittijiet tal-pazjent u jieħu azzjonijiet sussegwenti jew jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jipproteġi l-benesseri tal-pazjent.
Meta persuna tiddaħħal f’istituzzjoni ta’ kura mentali involontarjament, għall-bidu għandha tinżamm għal perijodu ta’ osservazzjoni ta’ 240 siegħa (għaxart ijiem). Wara li jiskadi dan il-perijodu, il-pazjent għandu jew jitħalla jitlaq mill-faċilità jew jinżamm bħala pazjent volontarju, kemm-il darba ikun evidenti għat-tim multidixxiplinari li l-persuna jkollha bżonn trattament li jmur lil hinn mill-perijodu ta’ osservazzjoni u l-pazjent jibqa’ jirrifjuta t-trattament. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissarju, wara li jkun irċieva applikazzjoni mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa, jekk jara li jkun hemm bżonn, ikellem lill-persuna u, jekk ikun hemm bżonn, jitkellem ukoll ma’ membri tat-tim multidixxiplinari, u jiddeċiedi japprovax jew jirrifjutax l-applikazzjoni.
Tista taċċessa kopja ta’ din il-ligi: Mental Health Act: Your Rights jew l-Att dwar is-Saħħa Mentali: Id-drittijiet tiegħek . Kopja stampata ta’ dan il-ktejjeb tista’ tintalab billi ċċempel fl-uffiċċju u tħalli d-dettalji tiegħek jew tibgħat email bl-isem u l-indirizz postali tiegħek.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Kummissarju gћall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżordni Mentali,
Pjazza San Luqa, Tal-Pietà
Tel: 25924304
Email: mentalhealthcommissioner.health@gov.mt
Website: https://mentalhealthcommissioner.gov.mt
- Tabib tal-familja (GP) huwa tabib li ma jkunx speċjalizza f’xi qasam partikolari tal-mediċina.
- Pedjatra huwa professjonista mediku li jispeċjalizza fil-kura medika ta’ trabi, tfal u adolexxenti.
- Psikjatra huwa tabib li jispeċjalizza fil-psikjatrija, il-branka tal-mediċina ddedikata lid-dijanjosi, il-prevenzjoni, l-istudju u t-trattament ta’ diżordnijiet mentali.
- ‘Counselling Psychologist’ jiffoka aktar fuq persuni f’saħħithom li għandhom inqas problemi mentali patoloġiċi.
- ‘Clinical Psychologist’ jiffoka aktar fuq persuni bi psikosi jew b’mard mentali serju ieħor.
- Psikologu Edukattiv jgħin tfal u żgħażagħ itejbu l-esperjenzi ta’ tagħlim tagħhom; jassessja d-diffikultajiet li t-tfal u ż-żgħażagħ jistgħu jkunu għaddejjin minnhom f’dak li hu tagħlim.
- Counsellor huwa mħarreġ biex jagħti gwida f’każ ta’ problemi personali jew psikoloġiċi.
- Terapista tal-Familja jaħdem ma’ familji u koppji f’relazzjonijiet intimi biex iġib bidla u żvilupp. Din il-professjoni għandha t-tendenza li tħares lejn il-bidla f’termini ta’ sistemi ta’ interazzjoni bejn il-membri tal-familja.
- Social Worker jissapportja individwi u familji fi żminijiet diffiċli, u jiżgura li persuni vulnerabbli, kemm tfal kif ukoll adulti, jinżammu bogħod mill-ħsara. Ir-rwol tagħhom huwa li jgħin biex jitjiebu l-ħajjiet tal-persuni.
- Patologu/Terapista tad-Diskors u l-Lingwa jassessja d-diskors, il-lingwa, il-komunikazzjoni konoxxittiva, u l-ħiliet biex wieħed jiekol, jomgħod u jibla’ l-ikel. Jidentifika tipi differenti ta’ problemi ta’ komunikazzjoni u l-aħjar modi kif tittrattahom.
- Terapista Okkupazzjonali jassessja u jintervieni biex jiġu żviluppati, irkuprati jew mantnuti l-attivitajiet sinifikattivi jew l-okkupazzjonijiet ta’ individwi, gruppi jew komunitajiet.
- Fiżjoterapista jgħin pazjenti f’diffikultajiet fiżiċi li jirriżultaw minn mard, korrimenti, diżabilità jew anzjanità u jgħinhom itejbu l-moviment tagħhom.
- Djetologu u Nutrizzjonista jagħti pariri lill-pazjenti dwar kwistjonijiet konnessi man-nutrizzjoni. Djetologu u Nutrizzjonista huwa espert fl-użu tal-ikel u n-nutrizzjoni li jippromovu s-saħħa u jikkontrollaw il-mard.
- Oftalmologu huwa speċjalista f’mard mediku u kirurġiku fl-għajnejn.
- Ġenetista huwa speċjalista fil-ġeni, l-eredità u l-varjazzjoni fl-organiżmu.
- Endokrinologu jittratta persuni li għandhom żbilanċ ormonali, tipikament minn glandoli fis-sistema endokrinali jew ċerti tipi ta’ kanċer. Jittratta wkoll diżordnijiet adrenali, l-osteoporosi u s-saħħa tal-għadam, dijabete, diżordnijiet endokrinali fit-tfal (nuqqas ta’ żvilupp, problemi bil-pubertà), problemi tal-qalb (kolesterol għoli, triglycerides, pressjoni għolja), diżordnijiet pitwitarji, diżordnijiet fit-tirojde, piż u metaboliżmu, is-saħħa fl-irġiel (infertilità, livelli ta’ testosterone), is-saħħa fin-nisa (menopawsa, infertilità, xi problemi mestrwali).
- Kunsill Mediku (tobba u dentisti) – Tel: 21255540 / Email: medicalcouncil@gov.mt
- Kunsill tal-Infermiera u l-Qbiela – Tel: 2595 3305 / Email: cnm.sph@gov.mt
- Kunsill tal-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina (Acupuncturists, Audiologists, Chiropractors, Clinical Perfusionists, Dental Hygienists, Dental Technologists, Dietitians, Environmental Health Officers, Medical Laboratory Scientists, Nutritionists, Occupational Therapists, Optometrists, Orthoptists, Osteopaths, Physiotherapists, Podiatrists, Psychotherapists, Radiographers & Speech Language Pathologists) – Tel: 21255538, email: cpcm@gov.mt
- Malta Social Work Profession Board (Social Workers) – Tel: 25494300 / Email: welfare.standards@gov.mt
- Malta Psychology Profession Board (Psychologists) – Tel: 2590 3281
- Council of the Counselling Profession – Tel: 2295900 / Email: ccp.mfcs@gov.mt
- Malta Youth Work Profession Board – Tel: 25982864 / Email: ywpb.mede@gov.mt
Jekk professjonista jkollu lment dwar professjonista ieħor, jista’ jirreferi l-ilment tiegħu lill-kunsill professjonali rilevanti. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja l-kunsilli msemmija fuq in-numri pprovduti.
Xi persuni b’diżabilità intellettwali jistgħu jesperjenzaw ukoll mard mentali, imma dawn it-tnejn mhumiex l-istess:
- Diżabilità intellettwali – Il-ħsibijiet huma limitati bil-kapaċità konoxxittiva u l-fehem ta’ dak li jkun. Id-diżabilità intellettwali tibqa’ miegħek ħajtek kollha u ma tistax titnaqqas. Tibda qabel wieħed jagħlaq 18-il sena. Il-medikazzjoni ma tistax tirrestawra l-kapaċità konoxxittiva. Normalment l-assessjar isir minn psikologu.
- Problema jew marda ta’ saħħa mentali – Tirreferi għal disturbi fil-proċess tal-ħsieb u l-perċezzjoni. Il-persuna tista’ tesperjenza alluċinazzjonijiet u delużjonijiet. Il-kundizzjoni tista’ tkun temporanja, ċiklika jew episodika. Tista’ tibda fi kwalunkwe stadju tal-ħajja. Tista’ tiġi preskritta medikazzjoni biex jiġu kkontrollati s-sintomi. Tiġi dijanjostikata minn psikjatra jew psikolgu.