Żid il-Lingwa
tas-Sinjali
Impjiegi
Jekk l-applikant ikun ikkonfermat mill-uffiċjal mediku u jkun qed jirreġistra għax-xogħol, huwa jiġi inviżtat minn terapista okkupazzjonali, li jassessja liema xogħol ikun kapaċi jagħmel. L-applikant jiġi assenjat ‘Profiling and Guidance Executive’ fi ħdan il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) li jassistih u jibqa’ jsegwih diment li jkun qed ifittex ix-xogħol. Ir-rwol tal-LSF huwa li żżomm relazzjonijiet korporattivi fil-qrib ma’ min iħaddem u tiddilja ma’ persuni b’diżabilità fuq bażi ta’ one-stop-shop, u tipprovdi lil kull persuna b’diżabilità li tkun irreġistrata b’reġistrazzjoni inizjali, assistenza f’forma ta’ pariri, rapport dwar tiftix għal impjieg, u servizzi ta’ job coaching.
Persuni b’diżabilità li jkunu rreġistrati jistgħu jibbenefikaw minn diversi skemi u inizjattivi ta’ taħriġ, inkluż pre-employment training. L-iskop ta’ dan it-taħriġ huwa li jassisti lil min ikun qed ifittex impjieg biex jakkwista ħiliet pre-employment sabiex jagħraf jaddatta ruħu għar-rekwiżiti u l-bidliet li jseħħu fis-suq tax-xogħol. L-Iskema ‘Bridging the Gap’ hija maħsuba biex tissapportja l-klijent matul il-perijodu ta’ transizzjoni bejn id-diżimpjieg u l-impjieg. Tippermetti lil min iħaddem jevalwa l-prestazzjoni tal-klijent fuq il-post tax-xogħol qabel ma jibda l-ingaġġ propju.
‘Sheltered Employment Training’ huwa programm ta’ sena bl-għan li jħejji individwi b’diżabilitajiet mentali, fiżiċi u/jew intellettwali għall-impjieg. Il-klijenti jkunu assenjati fi gruppi żgħar b’job coaches li jiffukaw fuq il-puntwalità, l-etika tax-xogħol, l-għajxien indipendenti, il-komunikazzjoni u l-ħiliet soċjali.
L-għan tal-programm ‘Headstart’ tal-Fondazzjoni Lino Spiteri huwa li jservi bħala pjattaforma għad-dinja tax-xogħol. Il-programm hu mmirat li jirreplika l-impjieg biex jgħin l-individwi jżiedu l-ħiliet u l-impjegabilità tagħhom. Jitkejlu l-kwalità u l-prestazzjoni tal-parteċipanti filwaqt li jinżammu fil-mira l-opportunitajiet ta’ impjieg. Ikun hemm job coach jassisti l-grupp sabiex jissapportja fl-akkwist tal-objettivi personali. Ikun hemm ukoll quality coach biex jiżgura li l-livelli tal-kwalità jinkisbu skont l-aspettattivi. Waqt li tipparteċipa f’dan il-programm inti tirċievi stipendju.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Jobplus
Inclusive Employment Services Division
Triq Ħal Far, Ħal Far BBG 3000
Tel: 22201402
Email: iesd.jobsplus@gov.mt
Website:
- https://jobsplus.gov.mt/job-seekers-mt-MT-en-GB/guidance-services/inclusive-employment-services
- https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/bridge-gap-scheme
- https://jobsplus.gov.mt/training-opportunities/shelter-training
- https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/job-bridge-training-centre
Fondazzjoni Lino Spiteri
Triq San Alwiġi, l-Imsida
Tel: 22201761/2
Email: info@lsf.org.mt
Website: www.linospiterifoundation.org
L-Aġenzija Sapport topera ‘Job Enhancing Skills Scheme’ (JESS). Din l-iskema għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ persuni b’diżabilità billi toffri opportunitajiet ta’ xogħol u tiżviluppa ħiliet ġodda sabiex iżżid il-possibilitajiet li jinstab impjieg bi qligħ. JESS tiffoka l-aktar fuq persuni b’diżabilità li mhumiex f’impjieg.
Benefiċjarji jkunu parti minn JESS għal perijodu ta’ sentejn fuq bażi part-time, jiġifieri sa 20 siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti kollha jiġu intervistati biex jiġi assessjat il-livell tal-kapaċitajiet tagħhom. Jiġu assenjati mentors lill-benefiċjarji kollha biex jakkumpanjawhom għat-tul kollu tal-placement. Ir-rwol tal-mentor hu li jiggwida lill-benefiċjarji u joffri superviżjoni u sapport sabiex jiġi żgurat li l-esperjenza tax-xogħol tkun waħda pożittiva u tħalli riżultati pożittivi. JESS tkopri l-ispejjeż kollha tal-benefiċjarji bir-rata ta’ €5.25 fis-siegħa.
Fit-tmiem tal-iskema, il-benefiċjarji kollha jiġu ppreżentati b’Ċertifikat ta’ Profiċjenza li juri li jkunu temmew b’suċċess il-proċess ta’ taħriġ u l-job placement.
Il-kriterji għall-eliġibilità għal din l-iskema huma:
- li jkunu persuni b’diżabilità ta’ bejn is-16 u l-55 sena li l-uniku dħul tagħhom ikun il-Pensjoni tad-Diżabilità;
- li l-benefiċjarji jattendu minimu ta’ 40 siegħa taħriġ tul il-perijodu tal-iskema;
- applikanti li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol ma’ JobsPlus ikunu eżenti milli jirreġistraw għax-xogħol, madankollu dan ma jfissirx li l-benefiċjarju jkun waqaf jirreġistra għax-xogħol tul il-perijodu tat-taħriġ ma’ JESS. Għalaqstant, dawn l-applikanti jkunu jridu jibqgħu jattendu għall-intervisti u t-taħriġ kif indikat minn Jobsplus;
- jekk benefiċjarju jiġi offrut impjieg full-time jew part-time waqt il-perijodu tal-iskema, il-benefiċċju ta’ JESS jiġi sospiż u jinħareġ ċertifikat ta’ parteċipazzjoni li jkun ikopri t-taħriġ u l-esperjenza sa dik il-ġurnata. Kull opportunità ta’ xogħol tingħata prijorità fuq il-parteċipazzjoni f’din l-iskema.
Għal aktar informazzjoni dwar JESS, jekk jogħġbok agħmel kuntatt ma’:
Aġenzija Sapport
Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera
Tel: 22568000
Email: sapport@gov.mt
Website: https://sapport.gov.mt/en/Contact-Us/Pages/Contact-Details.aspx
Uffiċċju għal Għawdex:
Learning Hub, Triq l-Imġarr, Għajnsielem
Tel: 21569909
Biex min iħaddmek ikun jista’ jirċievi benefiċċju, jeħtieġ li inti tkun irreġistrat bħala persuna b’diżabilità ma’ Jobsplus.
Hemm diversi skemi li jissapportjaw lil min iħaddem biex jimpjega persuni b’diżabilità:
- Jobsplus tissapportja employers li jħaddmu persuni b’diżabilità billi teżentahom mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti minnhom. L-employers jistgħu wkoll jitolbu sa 25% tal-paga tal-persuna b’diżabilità, kemm-il darba ma teċċedix €4,500 fis-sena għal kull persuna b’diżabilità li tiġi impjegata. Employers li jibbenefikaw taħt l-‘Access to Employment Scheme’ (A2E) ma jkunux eliġibbli biex jibbenefikaw minn dan tal-aħħar.
- ‘Access to Employment Scheme’ (A2E) tipprovdi lill-employers b’sussidju għal paga ta’ €125 fil-ġimgħa għal 156 ġimgħa għal kull persuna b’diżabilità li tiġi impjegata.
- ‘Bridging the Gap’ hija skema maħsuba biex tissapportja persuni b’diżabilità fil-perijodu transitorju bejn id-diżimpjieg u l-impjieg. Tippermetti lill-employer jevalwa l-prestazzjoni tal-klijent fuq il-post tax-xogħol qabel jibda l-ingaġġ propju. Il-parteċipanti jirċievu mingħand Jobsplus allowance fil-ġimgħa li tkun ekwivalenti għal 80% tal-paga minima.
- Employers li jinkorru spejjeż żejda biex jaddattaw il-bini tagħhom, jakkwistaw tagħmir ġdid, jimmodifikaw tagħmir eżistenti jew jagħtu taħriġ extra biex jimpjegaw persuna b’diżabilità jista’ jkollhom dawn l-ispejjeż imnaqqsin mit-taxxa fuq id-dħul sa massimu ta’ €20,000. Din l-iskema hija offruta mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD).
Formoli biex tirreġistra bħala persuna b’diżabilità u aktar informazzjoni jistgħu jinkisbu minn:
Jobplus
Inclusive Employment Services Division
Triq Ħal Far, Ħal Far BBG 3000
Tel: 22201402
Indirizz elettroniku ġeneriku: iesd.jobsplus@gov.mt
Website:
- https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/bridge-gap-scheme
- https://jobsplus.gov.mt/employers-mt-MT-en-GB/employing-persons/employing-persons-disability
Aktar informazzjoni u formoli għall-iskema A2E jistgħu jinkisbu minn:
Jobsplus
EU Funded Schemes Division
A2E Scheme, Triq Ħal Far, Ħal Far BBG 3000
Numru tat-telefon ġeneriku: 22201399
Indirizz elettroniku ġeneriku: a2e.jobsplus@gov.mt
Website: https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/a2e-scheme
Aktar informazzjoni dwar l-aħħar skema tista’ tinkiseb minn:
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
G5 Office, Triq Psaila, Birkirkara
Tel: 22267600, SMS only: 79788555
Uffiċċju għal Għawdex
Skola Primarja ta’ Ta’ Sannat, Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) toffri ‘Disability Equality Training’ (DET) għal min iħaddem. Dan it-taħriġ isir bla ħlas għall-NGOs filwaqt li jkun bi ħlas għall-entitajiet l-oħrajn kollha.
Aktar informazzjoni dwar din l-aħħar skema tista’ tinkiseb minn:
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
G5 Office, Triq Psaila, Birkirkara
Tel: 22267600, SMS only: 79788555
Uffiċċju għal Għawdex
Skola Primarja ta’ Ta’ Sannat, Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
L-awtorità li tista’ tassisti lil min iħaddem jidentifika xi jrid jagħmel biex jipprovdi akkomodazzjoni raġonevoli hija l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD).
Hemm ukoll l-Iskema dwar Tnaqqis tat-Taxxa għall–Aċċessibilità fuq il-Post tax–Xogħol, li permezz tagħha, employers li jinkorru spejjeż żejda biex jaddattaw il-bini tagħhom, jakkwistaw tagħmir ġdid, jimmodifikaw tagħmir eżistenti jew jagħtu taħriġ extra biex jimpjegaw persuna b’diżabilità jista’ jkollhom dawn l-ispejjeż imnaqqsin mit-taxxa fuq id-dħul sa massimu ta’ €20,000. Din l-iskema hija offruta mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), u aktar informazzjoni tista’ tinstab hawnhekk: http://crpd.org.mt/wp-content/uploads/2017/08/004-101203_workplacexstaxded-1.pdf.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
G5 Office, Triq Psaila, Birkirkara
Tel: 22267600, SMS only: 79788555
Uffiċċju għal Għawdex
Skola Primarja ta’ Ta’ Sannat, Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
Min iħaddem hu obbligat jipprovdi akkomodazzjoni raġonevoli għal impjegati b’diżabilità.
Akkomodazzjoni raġonevoli għall-impjegati b’diżabilità għandha titkejjel kontra l-piż li jista’ jinħoloq fuq min iħaddem. Għaldaqstant, wieħed għandu jqis in-natura u l-ispiża tal-akkomodazzjoni, ir-riżorsi finanzjarji tan-negozju jew tal-faċilità li tkun tirrikjedi l-akkomodazzjoni, in-numru ta’ ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, l-impatt tal-akkomodazzjoni fuq l-ispejjeż, ir-riżorsi u l-operat tal-faċilità, l-entità ġenerali tal-employer, in-natura u r-riżorsi u t-tip ta’ operat li fuqhom se jitħalla impatt mill-akkomodazzjoni.
Eżempji ta’ akkomodazzjoni raġonevoli jinkludu:
- Aġġustamenti fl-ambjent tax-xogħol, bħal:
- arranġament ġdid tal-iskrivaniji biex xi ħadd b’diffikultà fis-smigħ ikun jista’ jara n-nies resqin;
- modifika fl-għoli tal-iskrivaniji jew ċaqliq ta’ printers għal fuq imwejjed baxxi, ċaqliq ta’ fajls għal xkafef li jistgħu jintlaħqu b’mod aktar faċli minn min juża siġġu bir-roti;
- modifika fl-għoli tat-tagħmir;
- bini ta’ rampi u/jew lifts u twessigħ ta’ bibien;
- uffiċċji b’ambjenti aktar kwieti għal persuni b’diżabilitajiet sensorji.
- Disponibilità ta’ tagħmir, bħal:
- tagħmir ergonomiku jew assistiv, bħal mouse ergonomiku, keyboard alternattiv, jew siġġu differenti;
- software assistiv;
- voice recorder diġitali.
- Disponibilità ta’ ħaddiema assistivi, speċjalment matul il-perijodu ta’ taħriġ;
- Bidliet fil-prattiki tax-xogħol, bħal:
- Rijallokazzjoni tax-xogħol fost il-membri tat-tim;
- Ftehim dwar metodi ta’ komunikazzjoni, bħal użu tal-email minflok it-telefon.
- Aġġustamenti fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal:
- Sigħat imnaqqsa ta’ xogħol;
- Teleworking;
- Ċaqliq fis-sigħat tax-xogħol.
Jekk inti persuna b’diżabilità u tħossok diskriminata u/jew iffastidjata fuq ix-xogħol minħabba d-diżabilità tiegħek, tista’ titlob lit-Tribunal Industrijali jinvestiga jew permezz tad-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER), l-avukat tiegħek jew it-trade union tiegħek. Tista’ wkoll tressaq ilment lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità li wkoll jistgħu jaraw il-każ tiegħek, imma mhux permezz tat-Tribunal Industrijali.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
G5 Office, Triq Psaila, Birkirkara
Tel: 22267600, SMS only: 79788555
Uffiċċju għal Għawdex
Skola Primarja ta’ Ta’ Sannat, Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali
121, Triq Melita, il-Belt Valletta
Tel: 21224245/6
Email: info.dier@gov.mt
If you feel that you have been victimised because you used the Commission for the Rights of Persons with Disability as you felt discriminate because of your disability, you can lodge a complaint with the same Commission to investigate and, if needs be, take the case even to Court. You can also opt to take the case to court yourself through your lawyer or your trade union.
If you feel victimised because you have used the Industrial Tribunal as you felt discriminated because of your disability, you can ask the Department of Employment and Industrial Relations or the Police to investigate. You can also opt to take the case to court yourself through your lawyer or your trade union.
More information can be obtained from:
The Commission for the Rights of Persons with Disability
G5 Office, Triq Psaila, B’kara
Tel: 22267600, SMS only: 79788555
Gozo Office
Sannat Primary School, Sannat Road, Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
The Department for Industrial & Employment Relations
121, Triq Melita, Il-Belt Valletta
Tel: 21224245/6
Email: info.dier@gov.mt
Jekk tħoss li ġejt vittimizzat għax użajt il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità minħabba li kont ħassejtek iddiskriminat minħabba d-diżabilità tiegħek, tista’ tressaq ilment quddiem l-istess Kummissjoni biex din tinvestida u, jekk ikun hemm bżonn, tressaq il-każ il-Qorti. Tista’ tagħżel ukoll li tressaq il-każ il-Qorti inti stess permezz tal-avukat jew it-trade union tiegħek.
Jekk tħoss li ġejt vittimizzat għax użajt it-Tribunal Industrijali minħabba li kont ħassejtek iddiskriminat minħabba d-diżabilità tiegħek, tista’ titlob lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jew lill-Pulizija biex jinvestigaw. Tista’ tagħżel ukoll li tressaq il-każ il-Qorti inti stess permezz tal-avukat jew it-trade union tiegħek.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
G5 Office, Triq Psaila, Birkirkara
Tel: 22267600, SMS only: 79788555
Uffiċċju għal Għawdex
Skola Primarja ta’ Ta’ Sannat, Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali
121, Triq Melita, il-Belt Valletta
Tel: 21224245/6
Email: info.dier@gov.mt
Jekk jidhirlek li ma ngħatajtx promozzjoni minħabba d-diżabilità tiegħek, tista’ tressaq ilment quddiem l-istess Kummissjoni biex din tinvestiga u, jekk ikun hemm bżonn, tressaq il-każ il-Qorti.
Tista’ wkoll tressaq każ bħal dan quddiem it-Tribunal Industrijali permezz tal-avukat jew it-trade union tiegħek jew billi titlob lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali biex jinvestiga.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
G5 Office, Triq Psaila, Birkirkara
Tel: 22267600, SMS only: 79788555
Uffiċċju għal Għawdex
Skola Primarja ta’ Ta’ Sannat, Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali
121, Triq Melita, il-Belt Valletta
Tel: 21224245/6
Email: info.dier@gov.mt
Iva, diment li inti rreġistrat bħala persuna b’diżabilità mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u int essenzjalment kapaċi taqdi d-dmirijiet tal-post vakanti li tixtieq tapplika għalih.
Jekk trid titlob għal akkomodazzjoni raġonevoli għal kariga jew pożizzjoni mas-Servizz Pubbliku, għandek timla l-formola li tinstab hawnhekk: https://publicservice.gov.mt/en/people/Documents/People-Resourcing-Compliance/Forms-Templates/Other-templates/KNPD-Reasonable-Accomodation-for-Registered-Persons-With-Disability.docx.
Għandek tibgħat din il-formola mal-applikazzjoni tiegħek għall-kariga, flimkien ma’ kopja tal-Karta tal-Identità Speċjali / Karta Ewropea tad-Diżabilità kif ukoll kopja ta’ ċertifikat mediku maħruġ minn speċjalista mediku li jikkonferma d-diżabilità tiegħek. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku tiddeċiedi jekk għandekx tiġi eżentat minn xi rekwiżit, u, fil-każ, tagħti struzzjonijiet lill-Bord tal-Għażla.
Aktar informazzjoni tista’ tinstab hawn:
Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
G5 Office, Triq Psaila, Birkirkara
Tel: 22267600, SMS only: 79788555
Uffiċċju għal Għawdex
Skola Primarja ta’ Ta’ Sannat, Triq Ta’ Sannat, Ta’ Sannat
Tel: 21556002
Email: helpdesk@crpd.org.mt
Website: https://crpd.org.mt
Min iħaddmek hu obbligat jirreġistra l-impjieg tiegħek ma’ Jobsplus billi jimla l-formola ta’ bidu ta’ impjieg. Int mistenni li tirċievi ittra ta’ konferma mingħand Jobsplus ftit wara li tibda fl-impjieg. Jekk ma tirċievi xejn, tista’ tikkuntattja jew iżżur xi wieħed miċ-ċentri ta’ Jobsplus.
Min iħaddem normalment jipprovdi payslip li tkun turi l-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Barra minn dan, inti tista’ jew iżżur l-eqreb uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali biex tikkonferma jew tiċċekkja l-kontribuzzjonijiet tiegħek permezz ta’ mygov.mt. Żomm f’moħħok, madankollu, li l-informazzjoni disponibbli tista’ ma tkunx aġġornata għalkollox u jista’ jkun hemm bżonn numru ta’ xhur qabel ma tidher l-informazzjoni kollha.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Jobsplus
Triq Ħal Far, Ħal Far
Ħal Far BBG 3000
Tel: 22201402
Uffiċċji Distrettwali tas-Sigurtà Soċjali: