Żid il-Lingwa
tas-Sinjali
Edukazzjoni
Iva, skont il-liġi, il-carers għandhom jagħtu d-deċiżjoni tagħhom f’kull materja li tirrigwarda l-edukazzjoni ta’ wliedhom.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel
Triq Fra Gaetano Pace Forno, il-Ħamrun
Tel: 25983494
Email: studentservices.mede@gov.mt
Website: https://education.gov.mt/en/education/student-services/Pages/default.aspx
Il-Kapijiet tal-Iskola u l-assistenti tagħhom, il-Kap tad-Dipartiment (Inklużjoni), l-għalliema, il-Learning Support Educators (LSEs), il-guidance teachers, il-counsellors u s-social workers, il-psikologu u membri oħra tat-tim psikosoċjali tal-kulleġġ, l-ispeċjalista mediku (tabib jew pedjatra) jistgħu jiggwidawk fil-bżonnijiet edukattivi ta’ ibnek/bintek.
Għal aktar informazzjoni dwar studenti li jattendu skejjel pubbliċi, tista’ tikkuntattja lil:
Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel
Triq Fra Gaetano Pace Forno, il-Ħamrun
Tel: 2598 3489 / 25983423 / 2598 3421
Email: studentservices.mede@gov.mt
Għal aktar informazzjoni dwar studenti li jattendu skejjel tal-Knisja, tista’ tikkuntattja lil:
Servizzi Edukattivi fi Skejjel tal-Knisja
Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika
16, Il-Mall, il-Furjana FRN 1472
Tel: 21241281
Email: info@maltadiocese.org
Studenti li jattendu skejjel privati għandhom jikkuntattjaw l-iskola privata rispettiva għal aktar informazzjoni.
Dan jiddependi l-aktar mill-età ta’ ibnek/bintek. Jekk l-istudent huwa tal-età tal-iskola primarja, jista’ jmur iċ-Ċentru ta’ Riżorsa San Miguel f’Pembroke. Jekk hu tal-età ta’ skola sekondarja, jista’ jattendi jew iċ-Ċentru ta’ Riżorsa Guardian Angel fil-Ħamrun jew iċ-Ċentru ta’ Riżorsa Helen Keller fil-Qrendi. Jekk huwa adult żagħżugħ (età 16+) jista’ jattendi jew iċ-Ċentru ta’ Riżorsa Helen Keller fil-Qredni jew iċ-Ċentru ta’ Riżorsa Manwel Attard fil-Wardija. Jekk toqogħdu Għawdex, l-istudenti kollha jattendu ċ-Ċentru ta’ Riżorsa f’Ta’ Sannat.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel
Triq Fra Gaetano Pace Forno, il-Ħamrun
Tel: 25983494
Email: studentservices.mede@gov.mt
Website: https://education.gov.mt/en/education/student-services/Pages/default.aspx
Il-proċedura biex ikun ipprovdut LSE hija din li ġejja (referral isir biss permezz tal-iskola).
Il-proċedura hi li f’każ ta’ diżabilità, fejn hemm diffikultà biex it-tifel/tifla jinkitbu fl-iskola, it-tifel/tifla jistgħu jiġu rriferuti direttament lill-Istatementing Moderating Panel. Jekk it-tifel/tifla diġà jattendu skola, l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom jiġu diskussi mal-iskola biex jiġi żgurat li jkunu ġew esplorati s-servizzi ta’ sapport kollha. Jekk, minkejja l-istrateġiji u s-servizzi kollha, l-isfidi jippersistu, allura l-iskola titlob assessment psikoloġiku (jew minn practitioner privat, permezz taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jew mill-Ischool Psychological Services). Il-Kap tal-Iskola fejn it-tifel/tifla jattendu jew se jibdew jattendu kif ukoll practitioners oħra jintalbu jimlew formola ta’ referral. Din il-formola trid tiġi ffirmata mill-ġenituri, mill-Kap tad-Dipartiment (Inklużjoni), u mill-Kap tal-Iskola.
L-Istatementing Moderating Panel jieħu d-deċiżjoni neċessarja wara li jiltaqa’ miegħek, mal-personell tal-iskola u ma’ persuni oħra li jaħdmu ma’ ibnek/bintek. Il-Panel jinforma lilek u lill-Kap tal-Iskola bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, li jistgħu jinkludu li jiġi pprovdut is-servizz ta’ LSE. Is-sapport tal-LSE lil ibnek/bintek jista’ jkun full-time, jew maqsum, jew maqsum fl-istess klassi.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel
Triq Fra Gaetano Pace Forno, il-Ħamrun
Tel: 25983494
Email: studentservices.mede@gov.mt.
Is-Servizz Psikoloġiku fl-Iskejel għandu l-istess dettalji ta’ kuntatt bħas- Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel.
Iċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jista’ jiġi kkuntattjat kif ġej:
Triq Zammit Clapp, Tal-Pietà
Tel 25951780/25951803
Is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel għandu diversi servizzi bil-għan li jissodisfaw id-diversi bżonnijiet ta’ studenti b’diżabilità. Dawn huma:
- Aċċess għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija (ACTU)
Tim multidixxiplinari jipprovdi assessjar u taħriġ lil studenti b’diżabilità fuq tagħmir li jistgħu jużaw biex ikollhom edukazzjoni aħjar, jikkomunikaw u jsolvu problemi li jistgħu jiffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum u fl-attivitajiet soċjali tagħhom (eż. modi alternattivi kif jużaw il-kompjuter, l-użu tar-remote control biex jiftħu l-bibien, u provi ta’ software bħal voice recognition). Tista’ titlob dan is-servizz billi timla formola ta’ referral li tista’ tagħmel download tagħha minn: https://education.gov.mt/en/education/student-services/Pages/Special_Education/Access-to-Communication–Technology-Unit-(ACTU).aspx
- Early Childhood Intervention
Dan is-servizz jipprovdi sapport lil tfal fl-ewwel ħames snin ta’ ħajjithom li jkollhom diżabilitajiet jew dewmien fl-iżvilupp tagħhom biex jitnaqqas id-dewmien u jkun massimizzat l-iżvilupp personali tat-tifel/tifla. Jipprovdi wkoll sapport kmieni kemm jista’ jkun lill-familji jew lill-carers ta’ dawn it-tfal fid-djar, iċ-child care centres u l-iskejjel rispettivi tagħhom. Tista’ titlob dan is-servizz billi timla formola ta’ referral li tista’ titniżżel minn hawnhekk: https://education.gov.mt/en/education/student-services/Pages/Special_Education/Early-Childhood-Intervention.aspx
- Speċjalista f’Diffikultajiet Soċjali, Emozzjonali u ta’ Mġiba (SEBD)
Dan is-servizz joffri sapport lill-iskejjel biex jużaw strateġiji ta’ mġiba pożittiva meta jkollhom x’jaqsmu ma’ studenti b’diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba u, bħala l-aħħar rimedju, joffru lit-tifel/tifla s-sapport temporanju ta’ Ċentru ta’ Sapport u Tagħlim. L-ispeċjalista jaħdem mal-għalliem/a u l-LSE (fejn ikun il-każ) fil-klassi biex ifasslu u jiżviluppaw sett ta’ strateġiji u joħolqu pjan ta’ modifikar tal-imġiba biex jissapportjaw l-istudent fl-esperjenza edukattiva tiegħu / tagħha. L-ispeċjalista jgħin lill-iskola fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji. L-SEBD jaħdem fil-qrib ukoll ma’ professjonisti mit-tim psikosoċjali tal-kulleġġ u jaħdem fil-qrib ukoll man-Nurture Groups u l-Learning Support Zones. Fl-istess ħin, l-SEBD jikkomunika attivament mal-Uffiċjal Edukattiv (Inklużjoni) u jissapportja l-kulleġġ f’dak li għandu x’jaqsam mal-progress tal-istudent. Referrals jistgħu jsiru permezz tal-Kap tal-Iskola, id-delegat tagħha/tiegħu, jew il-Kap tad-Dipartiment (Inklużjoni), bil-kunsens tal-ġenituri / carers. L-ispeċjalista fl-SEBD jaħdem fil-qrib ukoll man-Nurture Groups u l-Learning Support Zones biex jiżgura li jitfassal l-aktar programm addattat għal dawn l-istudenti.
- Ċentri ta’ Sapport u Tagħlim (Learning Support Centres)
Dawn iċ-ċentri joffru programmi temporanji u strutturati lil studenti b’diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba li jikkonsistu f’lezzjonijiet f’suġġetti fundamentali flimkien ma’ sapport f’ħiliet biex jitgħallmu aktar dwar l-emozzjonijiet tagħhom, jikkontrollaw aħjar ir-rabja tagħhom, jemmnu aktar fihom infushom, u ħiliet soċjali oħra. L-istudenti jridu jsegwu programm speċjalizzat li jgħinhom jikkontrollaw imġiba diffiċli skont il-bżonnijiet tagħhom. L-għan prinċipali hu li jiġu megħjuna biex gradatament, u skont l-imġiba tagħhom, jerġgħu jintegraw ruħhom fil-klassi. Referrals jistgħu jsiru permezz tal-Kap tal-Iskola (jew id-delegat tiegħu / tagħha) jew il-Kap tad-Dipartiment (Inklużjoni), bil-kunsens tal-ġenituri / carers.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
https://eduservices.gov.mt/en/special-education-and-resourcelearning-support-centres/learning-support-centres-lsc
- Learning Support Zones u Nurture Groups
Il-Learning Support Zones (fi skejjel sekondarji) u n-Nurture Groups (fi skejjel primarji) jipprovdu lil studenti eliġibbli s-sapport neċessarju biex jgħinhom jibqgħu involuti fl-edukazzjoni mainstream. Jipprovdulhom tagħlim soċjali u emozzjonali kif ukoll ħiliet ta’ reżiljenza biex jgħinuhom fl-attivitajiet akkademiċi u soċjali tagħhom. Referrals jistgħu jsiru permezz tal-Kap tal-Iskola, il-Kap tad-Dipartiment (Inklużjoni) jew l-għalliem/a tal-klassi jew practitioners ta’ sapport oħra tal-kulleġġ, bil-kunsens tal-ġenituri.
- Autism Spectrum Support Team
Dan it-tim jissapportja ġenituri, għalliema u LSEs fi skejjel regolari u speċjali biex jissodisfaw il-bżonnijiet edukattivi tal-istudenti bl-awtiżmu biex jitgħallmu, jiżviluppaw u jimmaniġġaw l-imġiba tagħhom. Referrals jistgħu jsiru permezz tal-iskola, bil-kunsens tal-ġenituri.
- Servizzi għal Studenti Nieqsa mis-Smigħ
Għalliema peripatetiċi jissapportjaw lil studenti ta’ kull età u lil tfal qabel l-età tal-iskola li huma neqsin mis-smigħ fid-dar (fil-każ ta’ tfal tal-età qabel l-iskola) u fl-iskejjel mainstream. Dawn l-għalliema jipprovdu wkoll pariri u sapport lill-ġenituri u l-edukaturi. L-istudenti jista’ jkollhom ukoll test awdjoloġiku u jitgħallmu jieħdu ħsieb il-hearing aids tagħhom. Referrals jistgħu jsiru permezz tal-iskejjel, bil-kunsens tal-ġenituri.
- Servizzi għal Studenti b’Vista Batuta
Għalliema peripatetiċi jipprovdu sapport lil studenti b’vista batuta biex ikunu jistgħu jitgħallmu u jintegraw ruħhom fl-iskola u fis-soċjetà. Dawn l-għalliema jgħinu lil dawn l-istudenti f’ħiliet speċifiċi, pereżempju jgħallmuhom jiktbu u touch typing, jgħallmuhom il-Braille, u jagħtu pariri lill-edukaturi dwar il-bidliet neċessarji li jridu jsiru, bħall-handouts, il-workbooks u l-kotba b’tipa kbira u strateġiji oħra fil-klassi biex it-tifel/tifla jkunu jistgħu jaċċessaw il-kurrikulu. Jipprovdu wkoll pariri u sapport lill-ġenituri, l-għalliema fil-klassi u lill-LSEs. Referrals jistgħu jsiru permezz tal-iskola, bil-kunsens tal-ġenituri.
Is-Servizz Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel joffri servizzi oħra li jistgħu jintużaw minn studenti b’diżabilità bħal:
- Lezzjonijiet fl-Isptar
Studenti rikoverati l-isptar għal perijodi ta’ żmien relattivament twil f’Mater Dei jew fil-Young People’s Unit fl-Isptar Monte Carmeli huma pprovduti b’lezzjonijiet fil-Maths, il-Malti u l-Ingliż biex, kemm ikun possibbli, ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom. Referrals jistgħu jsiru permezz tal-għalliema u l-istaff maniġerjali tal-isptar.
- Lezzjonijiet fid-Djar
Studenti li għal raġunijiet mediċi ma jistgħux jattendu l-iskola jiġu pprovduti b’lezzjoni fil-Maths, il-Malti u l-Ingliż biex ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom. L-istudenti jridu jkunu bejn il-5 snin u s-16-il sena. Jiġu megħjuna wkoll jintegraw ruħhom mill-ġdid fl-iskola meta jkun il-waqt. Referrals jistgħu jsiru permezz tal-iskola, kemm-il darba jkun hemm il-kunsens tal-ġenituri, u għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikati mediċi rilevanti.
- Youth Work
Youth workers jgħinu lill-istudenti permezz ta’ edukazzjoni informali u jgħinu studenti adolexxenti biex jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom u jħejju ruħhom għal ħajja adulta. Jipparteċipaw ukoll fi programmi għal studenti b’imġiba li toffri sfida.
- Servizzi ta’ Counselling
Il-Counsellors tal-iskola jgħinu lill-istudenti jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom permezz ta’ counselling u terapija personali, billi jirreferu l-istudenti għal servizzi oħra, u jissapportjaw membri oħra tal-istaff u l-ġenituri. Il-counsellors jaħdmu flimkien u jikkollaboraw ma’ professjonisti oħra għall-benesseri tal-istudenti. Jissapportjaw il-familji, il-membri tal-istaff tal-iskola u l-partijiet interessati kollha li jaħdmu mal-istudenti. Referrals jistgħu jsiru mill-ġenituri, l-istudenti nfushom, il-kapijiet tal-iskejjel, l-għalliema, is-social workers jew professjonisti oħra.
- Servizz ta’ Gwida għall-Edukazzjoni, il-Vokazzjoni u l-Karriera fl-Iskejjel
Dawn is-servizzi ta’ gwida jissapportjaw lill-istudenti jiżviluppaw il-potenzjal sħiħ tagħhom u joffru gwida fis-suġġetti u l-karriera li jixtiequ jaqbdu u jkomplu fiha. Jissapportjaw ukoll studenti fit-transizzjoni tagħhom minn edukazzjoni primarja għal dik sekondarja, u minn edukazzjoni sekondarja għal dik post-sekondarja jew għax-xogħol.
- Servizz Psikoloġiku fl-Iskejjel
Dan is-servizz joffri sapport lill-iskejjel u lil studenti individwali. Is-servizzi għall-iskejjel jistgħu jikkonsistu f’konsultazzjoni jew taħriġ. Servizzi għal studenti individwali huma offruti wara tħassib li jitqajjem mill-istudenti stess, mill-ġenituri jew l-għalliema jew mill-edukaturi tagħhom. Wara li l-bżonnijiet partikulari tal-istudenti jiġu identifikati permezz ta’ konsultazzjoni u assessjar, is-servizzi pprovduti jistgħu jinkludu sapport, pariri u terapija.
- Servizz ta’ Social Work fl-Iskejjel
Dan is-servizz jipprovdi ħolqa bejn l-iskola, id-dar u l-komunità kull meta jkun hemm bżonnu. Is-social workers jissapportjaw u jiggwidaw studenti li jfallu l-iskola abitwalment u jassistuhom meta jkun hemm bżonn. Dan is-servizz jipprovdi wkoll assistenza lill-familji, u jissapportja u jiggwida studenti fi kwistjonijiet personali, inklużi l-istigmatizzazzjoni, l-ittikkettjar, l-iscapegoating, l-ibbuljar, l-abbuż ta’ sustanzi, imġiba li toffri sfida u diffikultajiet fir-relazzjonijiet.
L-Aġenzija Sapport tipprovdi wkoll is-servizz ta’ Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija lil studenti b’diffikultajiet fis-smigħ li jkollhom bżonn aċċess għall-kurrikulu permezz tal-lingwa tas-sinjali.
Għal servizzi edukattivi oħra ffinanzjati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE) imma pprovduti minn entitajiet oħra, jekk jogħġbok agħmel kuntatt mas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel
Aktar informazzjoni tinkiseb minn:
Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel
Triq Fra Gaetano Pace Forno, il-Ħamrun
Tel: 25983494
Email: studentservices.mede@gov.mt
Servizzi ta’ Interpretar tal-Aġenzija Sapport
Triq Patri Ġwann Azzopardi, Santa Venera
Tel/SMS: 79005988;
Email: sli.sapport@gov.mt
L-Università ta’ Malta toffri arranġamenti għall-eżamijiet tal-MATSEC għal studenti b’diżabilità skont id-diffikultà fiżika, il-livell ta’ gravità u l-eżami partikulari. It-talbiet jiġu kkunsidrati mill-ACCESS-Disability Support Committee (ADSC). Tali arranġamenti jistgħu jinvolvu ħin itwal biex wieħed jagħmel l-eżami, post alternattiv, karta tal-eżami akbar fid-daqs, kompjuter li jkun voice-activated, word processor, ħin miżjud biex jintuża bħala brejk ta’ mistrieħ superviżjonat jew għal perijodu biex wieħed jissetilja, qarib on-call, permessi għall-użu spiss tat-toilets, konsiderazzjoni għall-kalligrafija, l-użu ta’ interpretu tal-lingwa tas-sinjali, qarrej, komunikatur, assistent prattiku jew prompter. Madankollu, jistgħu jiġu kkunsidrati tipi oħra ta’ arranġamenti skont il-mertu tal-każ. Id-deċiżjonijiet iqisu l-bżonnijiet ta’ sapport meħtieġa mill-istudent u l-objettivi tal-assessjar tal-eżami inkwistjoni.
L-applikanti jkunu jridu jimlew u jibagħtu Formola ta’ Applikazzjoni Ġenerali u formola oħra, skont id-diżabilità partikolari, flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra li tiġi indikata. Dawn għandhom jittieħdu jew jintbagħtu b’posta rreġistrata lill-MATSEC Support Unit, Università ta’ Malta, l-Imsida sa mhux aktar tard mill-iskadenza stipulata kif ippubblikata fuq: https://www.um.edu.mt/matsec and on https://exams.gov.mt. Dawn il-formoli huma disponibbli minn hawnhekk: https://www.um.edu.mt/matsec/Access
L-applikanti li ma jaqblux mad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-ADSC jistgħu, fi żmien 30 jum, jirreferu l-każ tagħhom b’evidenza ulterjuri lill-Board of Referral (BoR) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Pro-Rettur (Affarijiet Akkademiċi). Il-BoR jiddeċiedi jekk il-każ ikunx ammissibbli jew le. Jekk ikun ammissibbli, il-każ jiġi riferut lura lill-ADSC għal rikonsiderazzjoni u deċiżjoni finali.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-pubblikazzjoni tal-Università ta’ Malta “Guidelines to MATSEC Examinations Access Arrangements” li tista’ tagħmel download tagħha mil-links indikati hawn taħt u minn:
MATSEC Support Unit
Università ta’ Malta, l-Imsida
Tel: 23402240 or 23402813
Email: access.matsec@um.edu.mt
Website: www.um.edu.mt/matsec/Access
ACCESS-Disability Support Unit
Kamra 109, Old Humanities Bldg, Università ta’ Malta, l-Imsida
Tel: 2340 2557
Email: adsu@um.edu.mt
Website: www.um.edu.mt/about/services/support/access
Għandek tiddiskuti din il-kwistjoni mal-amministrazzjoni tal-iskola. L-istudenti jistgħu jingħataw arranġament għal aċċess biss jekk dan ikun speċifikat fir-rapport professjonali ppreżentat lill-iskola mill-ġenituri u/jew wara li jkun assessjat minn persuna appuntata mis-Servizz Psikoloġiku fl-Iskejel u/jew minn xi korp professjonali ieħor.
Għal aktar informazzjoni dwar studenti li jattendu skejjel pubbliċi, tista’ tagħmel kuntatt ma’:
Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali
Triq Fra Gaetano Pace Forno, il-Ħamrun
Tel: 2598 3489 / 25983423 / 2598 3421
Email: studentsupportservices.mede@gov.mt
Għal aktar informazzjoni dwar studenti li jattendu skejjel tal-Knisja, tista’ tagħmel kuntatt ma’:
Servizzi Edukattivi fi Skejjel tal-Knisja
Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika
16, Il-Mall, il-Furjana FRN 1472
Tel: 21241281
Email: info@maltadiocese.org
L-Università ta’ Malta, inkluż il-Junior College, għandha l-ACCESS-Disability Support Unit (ADSU) li jissapportja studenti b’diżabilità, inklużi dawk b’nuqqas fis-saħħa, kundizzjonijiet mediċi jew diffikultajiet speċifiċi fit-tagħlim, biex ikomplu l-istudji tagħhom f’dawn l-istituzzjonijiet. Ir-regolamenti tal-Università huma addattati biex ikun hemm aċċessibilità akbar għal dawn l-istudenti. L-Università tipprovdi wkoll arranġamenti għall-eżamijiet, kemm għall-MATSEC kif ukoll għall-eżamijiet interni tagħha, skont il-bżonnijiet tal-persuna b’diżabilità. Parti kbira mill-campus tal-Università hija aċċessibbli għal kulħadd, anki għal persuni b’diżabilità. L-Università tipprovdi wkoll interpretar tal-lingwa tas-sisnjali għal studenti Deaf, servizzi ta’ scanning għal studenti għomja, u servizzi ta’ terapista okkupazzjonali. L-Università tagħmel ħilitha biex tipprovdi sapport imfassal għall-istudenti tagħha li għandhom diżabilità. Għaldaqstant, importanti li studenti b’diżabilità javviċinaw l-ADSU kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu ddeċidew li se jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom fl-Università.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-pubblikazzjoni tal-Università ‘The University of Malta Access Arrangements’. Tista’ tagħmel download tagħha, flimkien mal-formoli rilevanti, minn: https://www.um.edu.mt/access/about.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
ACCESS-Disability Support Unit
Kamra 109, Old Humanities Bldg, Università ta’ Malta, l-Imsida
Tel: 23402557
Email: adsu@um.edu.mt
Website: https://www.um.edu.mt/access
It-Taqsima għal Edukazzjoni Inklużiva tal-MCAST tipprovdi s-sapport neċessarju lill-istudenti li għandhom diżabilità. Student jista’ jitlob dan is-sapport billi jagħmel appuntament mal-kordinatur dwar l-inklużjoni qabel japplika għal xi kors fl-MCAST. Issir intervista kunfidenzjali biex jiġu assessjati u diskussi l-bżonnijiet tal-istudent u kif il-Kulleġġ jista’ jissapportjah. Is-sapport huwa offrut fuq bażi fakultattiva u wara li jingħata l-kunsens mill-istudent. L-informazzjoni li tingħata tinżamm f’kunfidenzjalità stretta.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
Unità għal Edukazzjoni Inklużiva
MCAST Main Campus, Raħal Ġdid
Tel: 23987127
Email: inclusiveducation@mcast.edu.mt
Website: http://www.mcast.edu.mt
Studenti b’diżabilità intellettwali jew ta’ tagħlim jistgħu japplikaw biex isegwu ‘Pathway Course’ offrut mill-MCAST. Dan huwa kors ta’ sentejn full-time li għandu l-għan li jgħin lil dawn l-istudenti jakkwistaw u jżommu l-impjieg. Matul l-ewwel sena, l-istudenti fil-kors jiġu mħeġġa jipparteċipaw fi placement superviżjonat ta’ ġimgħa li jsir fil-Kulleġġ stess; fit-tieni sena jsir f’postijiet tax-xogħol differenti. Dan il-kors joffri ħafna opportunitajiet ta’ tagħlim hands-on fis-suġġetti kollha. L-applikanti jrid ikollhom il-ħiliet bażiċi fil-kitba u fl-għadd, kapaċi jsegwu kors f’ambjent ta’ klassi, u lesti li jidħlu f’impjieg wara li jispiċċaw dan il-kors. Ir-rekwiżiti biex wieħed jidħol għal dan il-kors huma: ċertifikat ta’ school leaving li jkun juri li l-applikant temm l-edukazzjoni obbligatorja; rapport psikoloġiku li ma għandux ikun ilu li sar aktar minn tliet snin; rapporti mediċi u psikjatriċi, meta dan ikun indikat; rapport tal-iskola, inkluż l-aktar ‘Individual Education Plan’ (IEP) riċenti. Dan il-kors hu offrut fil-main campus tal-MCAST f’Raħal Ġdid u fiċ-Ċentru MCAST ta’ Għawdex f’Għajnsielem.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
MCAST
Main Campus, Raħal Ġdid
Email: pathway@mcast.edu.mt
Website: http://www.mcast.edu.mt
L-Endeavour Scholarships Scheme toffri boroż ta’ studju lil persuni li jkunu jixtiequ jidħlu f’edukazzjoni terzjarja. L-iskema, li hi amministrata mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, toffri arranġamenti speċjali lil persuni b’diżabilità li ma jkollhom l-ebda possibilità li jsegwu programm jew kors full-time jew part-time minħabba d-diżabilità tagħhom. L-applikanti jridu jkunu rreġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u jkollhom il-Karta tal-Identità Speċjali (SID) / Karta Ewropea tad-Diżabilità.
Għal aktar informazzjoni agħmel kuntatt ma’:
Scholarships Unit (Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol)
Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana
Tel: 25982111
Email: myscholarship@gov.mt
Website: https://education.gov.mt/en/education/myScholarship/Pages/ENDEAVOUR%20Scholarship%20Scheme.aspx
Jeżisti arranġament għal trasport pubbliku bla ħlas għall-iskejjel mainstream kollha (inklużi skejjel privati u tal-Knisja). It-trasport tal-iskejjel speċjalizzati hu bla ħlas u normalment ikun superviżjonat. Bħalissa għadhom għaddejjin diskussjonijiet biex it-trasport kollu tal-iskola jkun superviżjonat.
Għal aktar informazzjoni agħmel kuntatt ma’:
Education Logistics and Support Unit – Taqsima Trasport tal-Iskejjel
Tel: 25981887
Website: www.education.gov.mt
Jekk jogħġbok aqra l-‘Guidelines on Sexuality and Relationships Education in Maltese Schools’ (Diċembru, 2013) maħruġ mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol. Tista’ tikkordina mal-għalliem/a li għandu/ha f’idejh/a dan is-suġġett fil-klassi, bħall-għalliem/a tal-PSD, jew mal-Kap tad-Dipartiment (Inklużjoni) u l-Learning Support Educator (LSE).
Tista’ taċċessa l-linjigwida permezz ta’ dan il-link: https://education.gov.mt/en/resources/Documents/Policy%20Documents%202014/Guidelines%20on%20Sexuality%20booklet.pdf
Il-Fondazzjoni Inspire toffri numru ta’ workshops relatati mas-sesswalità bl-isem ‘Myself, My Body’. Dawn il-workshops jipprovdu edukazzjoni sesswali lil persuni b’diżabilitajiet intellettwali kif ukoll sapport lill-ġenituri/carers tagħhom biex jindirizzaw suġġett tant sensittiv u jiġi żgurat approċċ ħolistiku lejn ħajja sodisfaċenti.
Għal aktar informazzjoni agħmel kuntatt ma’:
Inspire Foundation
Head Office, BLB801 Bulebel, iż-Żejtun ZTN 3000
Tel: 2092 8100
Email: reception@inspire.org.mt
Website: https://inspire.org.mt/contact-us