Dwar Inspire
L-Iskop Taghna

Bħala Inspire nemmnu li l-ugwaljanża u l-inklużjoni hija dritt ta’ kullħadd. L-iskop tagħna huwa li ngħinu lil kull min għandu dizabilita jilħaq dan l-għan. Biex inwettqu dan l-iskop Inspire tofri serviżżi edukattivi, terawpetiċi u ta’ divertiment lil persuni b’diżabilita u lil familji tagħhom. Inspire ukoll twettaq ħidma li biha teduka lil pubbliku, ssejjaħ u tfittex aktar inklużjoni, u tqajjem aktar għarfien. Inspire għandha l-aħjar bażi ta’ għarfien fis-settur tad-dizabilita fil-gżejjer Maltin.

L-Istorja Tagħna

Il-Fondażżjoni Inspire tirrapreżenta il-fużjoni ta’ Eden Foundation u Rażżett tal- Ħbiberija – żewg entitajiet ta’ karita li kienu jaħdmu fis-settur tad-diżabilita. Iż-żewg entitajiet trasferew ir-riżorsi u l-impjegati tagħhom kollha lil din il-fondazzjoni, sabiex issa is-serviżżi kollha jigu offruti minn post wieħed. Filwaqt li tnaqqset id-duplicita ta’ servizzi u sar titjieb fis-servizz li sar aktar sostenibbli u ta’ valur akbar.

Illum

Inspire tgħin persuni b’diżabilitajiet diversi, bħal per eżempju Down Syndrome, Autism, Cerebral Palsy u oħrajn. L-għajnuna tingħata permezz ta’ numru ta’ serviżżi u programmi li huma offruti b’rata ta’ sussidju ogħli u xi drabi ukoll mingħajr ħlas.