Dwar il-Progett

‘Know Your Rights’ huwa progett tal-Inspire (Eden and Razzett Foundation) flimkien mal-imsiehba Richmond Foundation. ‘Know Your Rights’ huwa ko-finanzjat mill-iSkema Progetti Ghaqdiet tal-Volontarjat, VOPS 2018.

Il-progett ghandu l-ghan li jkabbar l-gharfien ta’ persuni b’dizabilita u ta’dawk li jiehdu hsiebhom dwar id-drittijiet ta’ persuni b’dizabilita, u jiffacilita l-access ta’ dawk id-drittijiet. Dan l-ghan qieghed jintlahaq permezz ta’ pjattaforma digitali li tipprovdi risposta ghal mistoqsijiet li persuni b’dizabilita u dawk li jiehdu hsiebhom jistaqsu ta’ spiss. Din il-pjattaforma tipprovdi ukoll gwida inizzjali dwar kif wiehed jista’ jaccessa drittijiet u proceduri. Il-progett ghandu l-ghan li jilhaq lil persuni bi kwalunkwe dizabilita u ghalhekk jinkludi persuni b’dizabilita fizika, b’diffikulta intelletwali, u b’diffikultajiet ta’sahha mentali. ‘Know Your Rights’ jaghmilha aktar facli lil persuni b’dizabilita u lil dawk li jiehdu hsiebhom sabiex jaccedu ghal informazzjoni.

L-oggettivi tal-progett gew milhuqa permezz ta’ varjeta ta’azzjonijiet li inkludew ricerka komprensiva dwar il-kwistjonijiet principali, l-interessi u l-ostakoli li persuni b’dizabilita jiffaccjaw, id-disinn u l-izvilupp ta’ FAQs. Sabiex l-informazzjoni tkun aktar accessibbli l-progett ipprepara ukoll filmati, pubblikazzjoni, u anke pjattaforma digitali li tinkludi fiha l-FAQs li gew zviluppati.

Il-progett beda fl-1 ta’April 2018 u jigi konkluz fit-30 ta’ Marzu 2019.